Din il-ġimgħa, f’intervista fuq il-LovinMalta, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech semma inċentiv li għandu jingħata lin-nies biex jixtru l-kmamar tal-banju u s-sufanijiet.
Bernard Grech qal dan ftit jiem wara li qal li jkun iblah jekk jipproponi l-affarijiet.
Ftit tas-sigħat wara, ONE News staqsih kemm tiswa din il-proposta li semma iżda Bernard Grech ma riedx iwieġeb fuq jekk ikkalkulax kemm tiswa din il-proposta u kemm fil-fatt tiswa.
Wara li bqajna nistaqsuh, Bernard Grech dawwar l-affarijiet fuq il-Gvern.