Għall-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, il-costings tal-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista huma redikolaġni.
Huwa qal dan waqt attività politika tal-Partit Nazzjonalista fl-Imdina, meta mess mas-suġġett tal-costings u li propju baqgħu ma ħarġux sal-ftuħ tal-votazzjoni bikrija tal-elezzjoni ġenerali.
Bernard Grech qal, “U ħa nitkellem ftit fuq din tal-costings, għax ilhom jippruvaw jiġbdulna saqajna biha din. Imma jiena kalm u m’għandiex għalfejn naqa’ għal dan ir-redikolaġni.”
Is-suġġett tal-costings donnu kien fuq moħħ kulħadd hekk kif għal darba, tnejn il-kandidati li tkellmu f’din l-attività politika għamlu minn kollox biex jiġġustifikaw l-assenza tagħhom.
Il-kandidat Nazzjonalista Silvio Brincat qal, “Miżuri fattibli, tant huma fattibli li l-Kap stess tagħna qiegħed iwiegħed illi dawn huma costed u l-costings tagħhom ħa joħorġu biex kulħadd ikun jista’ jara kemm huwa veru li dawn huma fattibli.”
Tul id-diskors tiegħu, Bernard Grech tkellem ukoll dwar iċ-ċekkijiet ta’ stimolu. Dan wara li kandidata tal-Partit Nazzjonalista appellat biex in-nies jagħtu ċ-ċekkijiet lill-Partit Nazzjonalista.
Bernard Grech kompla fuq dan il-messaġġ.
Hu qal, “Nirringrazzja lil min ukoll qed iġibilna ċ-ċekkijiet illi qalha m’għand flu il-poplu u qed jagħtihomlna donazzjonijiet għal għada għal maratona. Nirringrazzjah.”
Tul il-konferenza tkellmu wkoll is-soltu uċuh antiki tal-Partit Nazzjonalista li se jikkontestaw il-ħdax-il distrett.
Fost dawn kien hemm Ivan Bartolo li waqa’ fis-soltu diskors negattiv li wieħed jistenna mingħandu.
Bartolo qal, “Meta jitmermer il-ġebel, jaqa’ l-bini u prattikament dak li ġralu l-Partit Laburista.”
Miegħu ngħaqad ukoll Edwin Vassallo hekk kif qal hekk, “Ħames snin oħra bħal ma kellna, bħal-lum ħames snin infittxu u ma nsibu xejn.”
Intant fl-attività politika tal-Ġimgħa filgħaxija attenda l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil li bil-preżenza tiegħu kompla jikkonferma l-qrubija tal-fazzjoni Busuttil mat-tmexxija ta’ Bernard Grech.
Fil-fatt bosta kandidati, inkluż il-Kap innifsu esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għall-preżenza tal-figura ewlenija wara l-ġlied intern li ddomina lill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar ħames snin.
Bernard Grech qal, “Kien hemm wieħed mill-kapijiet ta’ qabli, Simon talli rringrazzjah li ġie.”
David Agius irrimarka, “Eleġġa wkoll lil Simon Busuttil li qiegħed hawn magħna llum. Grazzi Simon. Mhux se noqgħod ngħid li Simon huwa l-best-man tat-tieġ tiegħi u jien il-best-man tat-tieġ tiegħu, imma jiddispjaċini forsi.”
Ivan Bartolo qal, “Irrid insellem persuna illi stidnitni nidħol f’dan il-partit, qed nirreferi għall-eks Kap Simon Busuttil. Nhar il-Ħadd għandu l-birthday. Dan il-partit illi aħna għandna nħarsu lejn il-passat tagħna bi kburija. Għandna nkunu b’rasna ‘l fuq ta’ dak li għamilna fil-passat.”
U hekk kif ġie biex jagħlaq Ivan Bartolo kellu appell partikolari lil dawk kollha li kienu qed isegwuh.
Bartolo qal, “U jiena nfakkarkom l-aħħar ħaġa, fis-26 ta’ Marzu tinsewx iddawru l-arloġġ għal ħin tas-sajf.” (7 secs)