Jekk ikun Prim Ministru Bernard Grech irid iwaqqa’ l-kwartieri tal-Labour u jagħmilha art ODZ.
F’Marsaxlokk, il-ġurnalist ta’ ONE News staqsieh dwar wegħdi tiegħu fuq ODZ.
Għal din il-mistoqsija, Bernard Grech wieġeb li se jaqbad iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, iwaqqgħu u jagħmlu ODZ.
Il-ġurnalist ta’ ONE staqsa, “Dr. Grech, għandkom art identifikata? Għandkom art identifikata biex tagħmluha ODZ. Liema hija l-ewwel art li ser tibdew biha?”
Grech qal, “Ser nibdew bil-kwartieri tal-Labour.”
B’rabta ma’ din it-tweġiba, il-Partit Laburista qal li għax maqbud fuq sieq waħda u ma jafx is-suppost wegħdi tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal hekk fuq iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.
Il-Partit Laburista nnota li hekk jagħmel min hu arroganti, jaħseb li jista’ jattakka u jelimina lil min ma jaqbilx miegħu.
Il-Partit Laburista rrimarka li Bernard Grech huwa l-wiċċ tal-passat.
Intant ONE News kompla jistaqsi dwar il-wegħda ta’ Bernard Grech li kull sena jibdel artijiet f’ODZ mingħajr ma jibdel il-pjanijiet lokali iżda anke dwar din il-proposta tiegħu stess bqajna bla tweġiba konkreta.
Bernard Grech qal, “Hemm ħafna artijiet pubbliċi nassigurak.”
Il-ġurnalist staqsa, “X’ser jinbidel jiġifieri? Liem huma identifikajtu imqar waħda Dr.Grech jew fl-ajru wkoll?”
Hu wieġeb, “Identifikajna ħafna ħafna u ħafna.”