Fil-każin Nazzjonalista tar-Rabat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kompla bil-messaġġ kontra pajjiżna u bl-għajjat tipiku tiegħu, qal li Malta nieżla ‘l isfel.
Huwa qal, “Pajjiżna nieżel ‘l isfel.”
Apparti l-attakki kontinwi fuq il-Prim Ministru, Bernard Grech infexx f’attakk ieħor fuq l-Awtoritajiet tas-Saħħa bħas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci, li tul il-pandemija kkomunikat messaġġi importanti.
Stqarr, “Filli kienu jidhru f’konferenzi tal-aħbarjiet kollha sbieħ bil-bnadar warajhjom, tħossok li għandek l-eroj hekk fuq it-Television Malta, ħarġu biex isalvawk, filli issa nħbew.”
Il-kelliema ta’ qabel il-Kap ukoll infexxew f’diskors partiġġjan fuq temi importanti u qalu li s-soluzzjoni hi li Bernard Grech isir Prim Ministru.
Joseph Grech , “B’Bernard Grech Prim Ministru ta’ Malta.”
Robert Cutajar saħaq, “Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech.”
U Bernard Grech beda d-diskors tiegħu bħall-ġimgħa l-oħra, jistagħġeb bin-nies fil-każin.
Hawn tenna, “Kemm hawn Alla jbierek.”