Bernard Grech ried jieħu l-mertu wara li l-Gvern ressaq abbozz ta’ liġi dwar il-kannabis.
Fuq kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Bernard Grech qal li l-abbozz ta’ liġi li ser iġib riforma fil-liġi tal-kannabis ħareġ bih hu u l-Gvern ikkupjah.
Dan għalkemm il-Partit Nazzjonalista ma ħa l-ebda sehem fid-diskussjoni pubblika dwar il-White Paper li ppreżenta l-Gvern.
Saħansitra meta kien mistoqsi dwar għaliex il-Partit Nazzjonalista kien assenti għal kollox mill-proċess ta’ konsultazzjoni Nazzjonali li fih fost l-oħrajn ħadu sehem l-Oasi u l-Caritas, Bernard Grech spiċċa nkixef li lanqas kien jaf li l-Gvern ippreżenta white paper dwar ir-riforma fil-liġi għall-kannabis.
Madankollu, għalkemm Bernard Grech lanqas biss kien jaf li għaddej il-proċesss ta’ diskussjoni, fuq il-kitba tiegħu fuq Facebook huwa spiċċa jgħid li dan kien każ ieħor fejn l-Oppożizzjoni qed iġġib il-bidla.