Waqt attività politika fil-Ħamrun baqa’ joħroġ fid-deher kemm il-Partit Nazzjonalista baqa’ ankrat fil-passat.
Dan b’diskorsi mill-Kap Nazzjonalista u l-kandidati tiegħu li huwa sintomatiku ta’ partit li huwa mwaħħal mat-tmeninijiet u disgħinijiet.
Bernard Grech reġa’ wera l-ankri li għandu jwaħħluh fil-passat hekk kif stqarr li l-viżjoni tiegħu hija bħal ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti tal-passat.
Qal, “Hija viżjoni għal żmien fit-tul bħal ma konna fil-Gvern fit-tmeninijiet, fid-disgħinijiet fis-sena elfejn.”
Kandidat Nazzjonalista spiċċa jitpaxxa bid-dehra tal-maktur isfar u iswed hekk kif fi kliemu, dan jorbot il-Partit mal-passat.
Qal, “Nazzjonalisti, kemm intom sbieħ meta tkunu qegħdin tagħtu l-appoġġ lil Partit Laburista bil-maktur sabiħ illi jfakkarna mhux biss fil-preżent imma jgħaqqadna wkoll mal-passat.”
Fid-diskors li għamel fil-Ħamrun Bernard Grech spiċċa nesa wkoll lil wieħed mill-kandidati tiegħu stess.
Dan tant li kellhom ifakkruh in-nies preżenti sabiex isemmih.
Qal, “U żgur mhux l-inqas ukoll lil Mario De Marco, nirringrazzjakom minn qalbi…. Fejn hu Darren? Aw Darren, insellimlek ukoll kif nista’ ninsa lil Darren eh, kif nista’ ninsa lil Darren?”