Wara li ONE News wera filmati tad-Deputat Nazzjonalista Joe Ellis skomdu jwieġeb anke dwar it-taxxa, fi stqarrija l-Partit Laburista qal li qed jidher iktar evidenti kemm Ellis għandu dwar xiex iwieġeb.
Dan anke wara dak li ħareġ fuqu fl-aħħar jiem, l-abbuż mis-siġġu parlamentari u taħwid ieħor fl-operat tiegħu.
“Għax Ellis skomdu jwieġeb dwar it-taxxa għandu xi ħaġa oħra komuni ma’ Bernard Grech, li hu tax evader professjonali. Mhux ta’ b’xejn ma jistax ikeċċih”, saħaq il-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista li Bernard Grech ukoll ma jistax ikeċċi lil Jason Azzopardi li fuq l-istazzjon tal-Partit Nazzjonalista baqa’ jirrepeti l-gideb li għamel ilbieraħ bħala l-kelliem ewlieni ta’ Bernard Grech.
Il-Partit Laburista rrimarka li Bernard Grech jitmexxa mhux imexxi u nzerta qed jitmexxa minn min iħawwad u jigdeb il-ħin kollu.
AQRA WKOLL: