Il-Ħadd waranofsinhar il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kompla fejn ħalla fl-aħħar jiem, fosthom b’diskors mimli għajjat u isteriżmu, jattakka lill-istuzzjonijiet ta’ pajjiżna.
Fi protesta li organizza, Grech beda l-ewwel dwar il-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika.
Qal, “Biex l-Istandards Commissioner ikun persuna illi għandu l-gutz.”
Grech qal dan lejliet it-tielet vot u wara li huwa l-ewwel kien qabel dwar in-nomina tal-eks Prim Imħallef Joseph Azzopardi biex ikun Kummissajru għall-Istandards iżda mbagħad ġie mġiegħel imur lura minn kliemu mill-establishment Nazzjonalista.
Bernard Grech kompla mas-sentiment tal-għaqda Repubblika u nfexx jattakka lill-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali.
Stqarr, “Il-Kummissarju Angelo Gafa fejn hu qiegħed? Fejn hi l-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg?”
Lil dawk quddiemu, Bernard Grech qalilhom li se jibqa’ joħroġ lin-nies fit-toroq.
Qal, “Irridu nibqgħu noħorġu fit-toroq ta’ pajjiżna.”
Intant waqt il-protesta, il-Partit Nazzjonalista beda jiġbor il-flus bil-bramel waqt li l-istazzjon Nazzjonalista spiċċa jġib filmati ta’ nies jitilqu waqt id-diskors tal-Kap.