Bernard Grech inqabad li fid-diskors tiegħu fil-Parlament kien żbaljat fuq il-Budget.
Dan hekk kif il-Prim Ministru Robert Abela fid-diskors tiegħu semma numru ta’ punti li dwarhom Bernard Grech ma kienx mgħarraf sew.
Fost dawn kien hemm il-wegħdiet li għamel hu stess dwar tax credits u l-pensjonijiet.
Meta kien mistoqsi: “Għidt li trid lin-negozji jingħataw Cash Credit biex ikunu jistgħu jħarrġu lill-ħaddiema tagħhom, illum il-Prim Ministru qallek li diġà qed jingħataw Cash grants kif ukoll Cash Credits.
Għidt ukoll li trid tagħti żieda fil-pensjonijiet tad-doppju tal-COLA però llum il-Prim Ministru qallek ukoll li jekk tagħti dik iż-żieda xorta waħda tkun inqas miż-żieda li ser jingħataw permezz ta’ dan il-Budget.
Allura llum il-mistoqsija hija waħda sempliċi tammetti li l-bieraħ kont żbaljat?”
Bernard Grech wieġeb: “Le, il-Prim Ministru m’għandux raġun illi jgħid li jiena ma kontx naf x’fih il-budget anzi kkwotajtu tajjeb.”
Filwaqt li baqa’ ma ammettiex li żbalja, b’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ried bħal ikollu l-aħħar kelma u organizza konferenza tal-aħbarijiet wara d-diskors tal-Prim Ministru.
Hawn għamel bħal dawn l-aħħar jiem, jattakka l-Budget:
“Ressaq budget finta.
“Kemm kellna raġun meta għidna li dan kien budget għal-lum biss.
“Ebda strateġija, ebda sens ta’ direzzjoni.”
“Lil uliedna qed tipperikolawlhom anke l-preżent.”
Quddiem in-negattività tiegħu stess, spiċċa jitfa’ tiegħu fuq ħaddieħor.
Bernard Grech stqarr: “Prim Ministru negattiv li jrid il-ħin kollu jbeżżgħek bil-babaw.”