Bernard Grech determinat li jekk jitlef l-elezzjoni ma jitlifx is-siġġu tat-tmexxija tal-Partit.
Dan ikkonfermah waqt intervista li kellu mat-Times fejn kontinwament kien mistoqsi x’ser ikun qed jagħmel jekk jitlef l-elezzjoni.
Hawnhekk Bernard Grech attakka lill-predeċessur tiegħu u reħielha jbeżża’ li jekk ma jibqax hu fit-tmexxija il-partit jerġa’ jispiċċa fl-istess diffikultajiet li kellu fi żmien Adrian Delia.
Grech reġa’ ikkonferma kif jekk jitlef l-elezzjoni mhux ser jitlaq is-siġġu tat-tmexxija mingħajr ġlieda.
Qal, “Taf li fl-elezzjoni fl-istatut tagħna inti għandek bil-fors konferma. Jien li nista’ nagħmel huwa li noffri, imbgħad għandek il-konferma. M’inix ser nabbanduna lil dan il-Partit.”
B’diskors sinonimu mal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil huwa spiċċa jgħid li jekk l-Partit Laburista jirbaħ l-elezzjoni ser ifalli l-pajjiż.
Bernard Grech kien mistoqsi wkoll dwar il-costings u dwar liema mill-għaxar setturi li qed iwiegħed ser ikun qed jiġi stabbilit l-ewwel.
Hawnhekk Bernard Grech ma kienx jaf iwieġeb.
Fl-intervista rrekordjatha s-Sibt li għadda Bernard Grech kompla jtenni li l-costings ser joħorġu qabel l-elezzjoni.
Costings li sa issa għadhom ma waslux, jumejn ’il bogħod mill-għeluq tal-kampanja elettorali.