Fi stqarrija mill-Partit Laburista ntqal li l-Kap tal-Oppożizzjoni llejla reġa’ bbojkotja l-Parlament meta dan qed jiddiskuti liġi ġdida dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza domestika.
Il-Partit Laburista qal li din hi prova oħra ta’ Kap tal-Oppożizzjoni partiġġjan li temi ta’ importanza nazzjonali jirriduċihom għal-logħob politiku partiġġjan.
Meta jitkellem dwar il-vjolenza domestika u l-ġlieda li trid issir f’dan is-settur, issa Bernard Grech irid dejjem jiftakar li bbojkotja l-Parlament f’mument li kien qed jiddibatti liġi dwar is-suġġett