Fi stqarrija l-Partit Laburista nnota kif illejla Bernard Grech reġa’ rrikorra għall-gideb fejn il-Partit Laburista sostna kif din hi tattika tal-politika tal-passat tal-Partit Nazzjonalista, li jivvinta gidba fl-aħħar ġimgħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Partit Laburista spjega kif in-nies m’għadhix temmen f’din it-tip ta’ politika tal-ħmieġ u kif il-fatti juru u se jibqgħu juru li l-uniku serial tax evader huwa Bernard Grech.
L-istqarrija nnotat kif fil-fatt għalhekk għandu ċ-ċertifikat li tant iħobb jiftaħar bih fejn intqal kif għalkemm wieħed ma joħodhiex bi kbira li Bernard Grech lanqas biss jaf kif jaħdmu l-affarijiet, huwa ċar li Bernard Grech irid iqarraq.
Il-Partit Laburista temm jgħid li hekk jagħmel min hu ddisprat politikament.