Editorjal tal-gazzetta The Malta Independent innota n-nuqqas ta’ preparazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni li l-ġimgħa l-oħra qal li għandu pjan għall-enerġija iżda ma jafx kemm jiswa.
L-editorjal jibda billi jgħid li l-Partit Nazzjonalista qal li għandu pjan b’ċertu pompa.
L-editur tal-Independent semma wkoll kif il-Partit Nazzjonalista jrid iħejji ruħu aħjar jekk irid jidher aktar kredibbli.
Il-gazzetta indipendenti nnutat in-nuqqas tal-costings li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ħassu skomdu jwieġeb fuqhom għax ma kellux hekk kif fl-editorjal intqal li l-Partit Nazzjonalista kellu jippreżenta dokument komprensiv dwar il-costings.
L-Independent qalet li l-Oppożizzjoni ma tistax taqbad tfajjar proposti mingħajr ma tara kemm jiswew.
Intqal li l-fatt li ma jsirux il-kalkoli, kulħadd jaħseb li l-Partit Nazzjonalista qiegħed jilgħab ma’ dak li jridu n-nies billi jsiru wegħdiet sempliċiment biex jieħu l-voti.
F’konferenza tal-aħbarijiet il-ġimgħa l-oħra biswit il-bieb tal-Griegi barra l-Imdina, Bernard Grech qal li l-kalkoli jagħmilhom iżjed ‘il quddiem.
Dan għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar il-costings tal-pjan li qed jgħid li għandu.