Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech indrizza b’mod indirett lil Franco Debono, l-għada tal-episodju fuq ir-radju tal-Knisja RTK meta Edward Debono allega li Franco Debono jrid imur lura fil-Partit Nazzjonalista b’kundizzjoni li jkun fid-diriġenza tal-partit u Franco Debono affrontah b’dak li hi gidba.
Fil-każin Nazzjonalista tas-Siġġiewi, Bernard Grech irrefera għall-individwaliżmu.
“U mhux kif navvanzaw personalment.”
L-Avukat ta’ Bernard Grech, Edward Debono, is-Sibt qal li wieħed ma jridx jinsa x’għamel Franco Debono meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern.
“Però wieħed irid joqgħod attent ukoll, li ma tistax tinsa d-deċiżjonijiet li waqqgħu gvern li ħa Franco Debono.”
Franco Debono wieġeb lill-Avukat ta’ Bernard Grech u fakkar fl-aġir ta’ Lawrence Gonzi, li appoġġja biex Bernard Grech tpoġġa Kap tal-Partit Nazzjonalista.
“Ħadd m’għandu dritt jipponta subgħajh lejha għax jien ħadtha jew ma ħadtiex kontra l-Kap, jien ħadtha minħabba issue ta’ policy għax dak l-istess Kap li kien hemm dak iż-żmien, meta dehrlu li Adrian Delia m’għoġbux x’għamel? Ra kif għamel u qaċċtuh.”
Intant fis-Siġġiewi, Bernard Grech kompla jikkonferma r-rebus li qamlu fost id-Deputati tiegħu dwar l-ismijiet li ressaq u żvelawomlu mal-midja biex ikunu n-nominati tiegħu għal President tar-Repubblika.
Evidentament skomdu, kien kostrett jgħid li d-diskussjoni hi aktar minn dawk il-persuni wara li qamulu l-irwiefen fil-Grupp Parlamentari tiegħu.
“Però huma tliet persuni li ssemmgħu, kif semmejt inti mill-gazzetti. Bla dubju d-diskussjoni se tibqa’ għaddejja.”
Fis-Siġġiewi, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien qed jiġi intervistat u man-nofs siegħa ħin, staqsa hux bil-lest.