Bernard Grech żelaq fin-niexef meta kien qed jitkellem dwar il-costings tal-Partit Laburista b’reazzjoni għal artiklu minn The Journal.
Artiklu li kixef kif il-previżjonijiet tal-costings tal-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista huma kollha skoretti hekk kif huma bbażati fuq żball oħxon dwar it-tkabbir tal-prodott domestiku gross fl-2021.
Il-costings tal-Partit Nazzjonalista huma bbażati fuq tkabbir ta’ 5.9% fil-PDG fl-2021.
Madankollu ċifra mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fil-fatt turi kif it-tkabbir fil-PDG fl-2021 kien ta’ 9.4%.
Affaċċjat b’artiklu dwar dan l-iżball oħxon fil-costings tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ipprova jitfa’ l-ħażin tiegħu fuq ta’ ħaddieħor hekk kif kwota l-manifest tal-Partit Laburista u pprova jagħti x’jifhem lill-manifest elettorali tal-Partit Laburista għandu l-istess żball.
Madankollu f’artiklu b’reazzjoni għar-risposta ta’ Bernard Grech, is-sit The Journal kixef kif Bernard Grech qed ikompli juri kemm huwa ekonomikament illitterat.
Dan hekk kif fl-istess artiklu ġie spjegat kif il-manifest elettorali tal-Partit Laburista fil-fatt jgħid kif “Bit-twettiq ta’ dan il-programm, fil-ħames snin li ġejjin qed nimmiraw li t-tkabbir ekonomiku jlaħħaq medja ta’ 5.5% f’termini reali kull sena.”
The Journal jinnota kif l-ewwel nett lanqas iċ-ċifri ma’ huma l-istess hekk kif hemm differenza ċara bejn 5.9% għal 5.5%.
Is-sit jirrimarka wkoll kif il-manifest elettorali tal-Partit Laburista qed jgħid b’mod ċar li ċ-ċifra ta’ 5.5% fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista qed tindika t-tkabbir għall-ħames snin li ġejjin u mhux kif fil-fatt pprova jqarraq Bernard Grech, jiġifieri li l-manifest elettorali tal-Partit Laburista huwa bbażat fuq tkabbir ekonomiku ta’ 5.5%.
Is-sit The Journal temm jgħid kif dan kollu juri mhux biss l-inkompetenza ta’ Bernard Grech fil-qasam ekonomiku iżda aktar minn hekk kemm ma jistax jiġi fdat biex iwettaq il-pjanijiet ekonomiċi tiegħu.