Fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għamel diskors meqjus bħala insensittiv fil-konfront tan-nisa u anki speċifikament rigward il-każ tal-Amerikana Andrea Pudente, li ġie rrappurtat fil-midja s-sajf li għadda minħabba kumplikazzjonijiet waqt it-tqala.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kien qed jitkellem hekk kif il-Parlament kompla jiddiskuti fl-istadju tat-Tieni Qari l-emenda fil-Kodiċi Kriminali biex jiġu protetti kemm l-omm kif ukoll il-professjonisti mediċi meta jkun hemm kumplikazzjoni waqt it-tqala li tista’ tpoġġi f’periklu lil ħajjet jew saħħet il-mara.
F’dan id-diskors, Bernard Grech kompla wkoll bil-kampanja ta’ biżgħa li qed tagħmel l-Oppożizzjoni Nazzjonalista. Dan filwaqt li qal hekk fil-konfront ta’ Andrea Prudente.
“Mara Amerikana li kienet tqila vvaġġat iktar minn 20 siegħa ajruplan biex tiġi Malta; qaltilna, għall-babymoon.”
B’Karol Aquilina maġenbu, Bernard Grech kompla mad-diskors dispreġjattiv, hekk kif iddieħak b’kunjom Andrea Prudente.
“Taret aktar minn 20 siegħa u riedet tagħmel abort, it-tobba u n-nurses tagħna, għax prudenti…”
Din l-insensittività fid-diskors ta’ Bernard Grech kienet fuq l-istess frekwenza ta’ dak li kien kiteb l-eks deputat tal-Blue Heroes, Jason Azzopardi. Fuq il-Facebook, Azzopardi allega li Prudente nġiebet apposta f’pajjiżna biex, fi kliemu, titqajjem kontroversja.