Bernard Grech għamel diskors diviżiv u negattiv waqt attività politika fis-Siġġiewi.
F’diskorsu huwa kompla fejn ħalla fir-rally fil-padiljun il-Ħadd, u kompla b’diskors kontra l-Partit Laburista u niesu.
“Għax lil dawn ma tistax tafdahom.”
“L-importanti li għandhom numru sabiħ. Taf kemm għandhom proposti? Ha naqralkom in-numru. Wieħed.. Xejn… Xejn.”
F’diskors li beda b’tgħanniqa lil Louis Galea, li għadu prominenti sew fil-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech kompla jgħannaq il-passat u stqarr li n-nies għandhom jiftakru fi Gvernijiet Nazzjonalisti.
“Għamilniha meta konna fil-Gvern.”
L-esponent tal-Partit Nazzjonalista, Julian Borg tkellem dwar it-tramm bla binarji li qed iwiegħed Bernard Grech.
Hawnhekk huwa spiċċa jtenni li dan il-proġett mhux wieħed tal- “jekk”.
“U aħna l-Partit Nazzjonalista dan il-proġett li qed inressqu quddiemkom mhuwiex tal-“Jekk”.”
Dan qalu għalkemm dan it-tramm huwa użat biss f’post wieħed fiċ-Ċina u kien irrifjutat mill-Awstralja u Franza wara testijiet li għamlu bihom minħabba bosta nuqqasijiet.
Fosthom minħabba l-fatt li t-tramm irid minn tal-inqas 15-il metru biex idur, jikkawża ħsarat lit-toroq filwaqt li hemm ukoll problema bil-bankini.
Madankollu l-esponent Nazzjonalista qal li dan huwa tramm tried and tested.
Li ma qalx li t-testijiet kollha wrew li dan it-tramm fih iżjed żvantaġġi minn vantaġġi.
Huwa kompla jgħid kif il-Partit Nazzjonalista għandu l-kredenzjali kollha biex iħaddem dan it-tramm li jaħdem b’sistema elettrika.
Hawnhekk dlonk falla l-generator.