Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech mar il-Mellieħa b’diskors konfrontattiv mimli attakki personali fil-konfront tal-Prim Ministru.
Isteriku u b’għajjat, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien mimli insulti għall-Prim Ministru.
Qal, “Prim Ministru li jrid jixtrik. Robert Abela li tradiena wkoll. Roberta Abela tifel imfissed”
Bernard Grech baqa’ jattakka personali lil Robert Abela f’diskors sħiħ li fih semma biss l-inkjesta maġisterjali.
Qal, “Ma tistħix tixli lill-PN bil-vjolenza meta konna fil-Gvern għamilna lil missierek President”
Qabel Grech tkellmet Metsola li bdiet titlob lin-Nazzjonalisti biex ma jħallux il-Partit Laburista jikseb il-fiduċja.
Qal, “Dawn ma jriddux li l-Partit Nazzjonalista jirbaħ it-tielet siġġu. Thalluhomx. Tħalluhomx.”
Imbagħad fid-diskors ta’ Grech ma naqsitx il-provokazzjoni u beda jsemmi l-inkwiet fost għajjat, eku ta’ dak li jingħad fil-protesti tal-għaqda Repubblika, l-istess għaqda li l-ġimgħa l-oħra ġiegħlet lil Grech iħassar attività politika li ħabtet mal-protesta tagħha.
Qal, “Jinħoloq l-inkwiet imbagħad twaħħal fina”
Intant, fl-intervent tagħha, Roberta Metsola talbet li kull minn qiegħed jismagħha sabiex fit-8 ta’ Ġunju jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista ħalli jkollhom it-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew.
Qalet, “Vot b’saħħtu sabiex neliġġu 3 siġġijiet”
Il-Kap Nazzjonalista, imbagħad lejn it-tmiem tenna li hu gladjatur.
Qal, “Gladjatur”