Silvio Berlusconi se jappoġġja lill-mexxej tal-partit Lega bil-għan li jkun iffurmat gvern. Dan qalu l-eks Prim Ministru Taljan f’intervista mal-gazzetta Corriere della Sera.
L-erba partiti tal-koalizzjoni ċentru-lemini kienu fthiemu waqt li l-mexxej tal-partit bl-ikbar ammont ta’ voti se jmexxi l-gvern.
Berlusconi qal li huma se jappoġġjaw b’lealta lil Matteo Salvini biex ikun iffurmat gvern, u kkonferma li se jibqa l-mexxej ta’ Forza Italia.