L-eksPrim Ministru Taljan, Silvio Berlusconi ddaħħal l-isptar wara uġigħ relatat ma’ qalbu. Berlusconi, li għandu 79 sena, qed isostni li l-istress huwa l-kaġun ta’ dan l-uġigħ. Kelliema għal Forza Italia, il-partit politiku ta’ Berlusconi, ħabbru li t-testijiet li qed isirulu kienu diġà ppjanati iżda inħasset il-ħtieġa li jsirulu aktar kmieni. Il-kundizzjoni tal-eksPrim Ministru Taljan mhix waħda gravi.