Diversi huma dawk il-persuni delletanti tal-logħob tal-playstation, logħob li saħansitra qed joħloq element ta’ kompetizzjoni kif filfatt qed jagħmel il-plejer Malti Christian Spiteri.
Spiteri qed jikkompeti fil-Berlin FIFA19 fejn saħansitra irnexxilu jegħleb lit-tieni l-aqwa plejer fid-dinja biex b’hekk għamila għal kwarti finali. Fil-kwarti tal-finali ser jilgħab kontra t-tielet l-aqwa plejer fid-dinja.
Jekk Christian Spiteri jagħmila għal finali, awtomatikament jikkwalifika għal FIFA eWORLD Cup.