Bħal Darren Carabott, id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami nqabad jigdeb dwar id-difiża. Fil-programm ‘Id-Dibattitu’ fuq ONE, Fenech Adami akkuża lill-Gvern li qed jixtri l-armi minn fondi Ewropej, u ġab l-eżempju tal-Patrol Boat ġdida tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-P71.
“Ġibna patrol boat bi flus tal-Unjoni Ewropea li hi armata b’kanun finanzjat bil-flus tal-Unjoni Ewropea.”
Beppe Fenech Adami – Deputat NazzjonalistaREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Flok iċċekkja sew il-fatti, Fenech Adami qagħad fuq artiklu li sab fuq l-internet.
ONE News jinsab infurmat li Fenech Adami mhux korrett. Dan għaliex il-kanun li hemm fuq il-P71 inxtara minn fondi lokali, mhux minn fondi Ewropej.
B’din il-patrol boat tintuża wkoll għall-obbligi li Malta għandha ta’ tiftix u salvataġġ – obbligi li jifirxu b’ibħra estensivi u li minnhom il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw mijiet ta’ ħajjiet.
Minkejja l-aspettativa li prova joħloq Fenech Adami fuq il-midja soċjali, ftit qabel il-programm li kien se jiżvela xi ħaġa, id-deputat Nazzjonalista waqa’ għaċ-ċajt għax il-prova li tant ftaħar biha, mhi prova xejn, anzi fake news oħra mill-Partit Nazzjonalista.
Ir-reazzjoni tad-deputat Laburista Zammit Lewis kienet ċara – il-Prim Ministru nnegozja deroga biex Malta ma tidħolx parti minn ReArm Europe, u ghaldaqstant f’dan il-programm militari tal-Unjoni Ewropea.
“Li ma rridux li nimpurtaw 80% tal-armi tal-Ewropa mill-Unjoni Ewropea stess. Robert Abela qed jgħid li ma jridx jissellef, ma jridx industrija tal-gwerra u ma jridx lis-suldati Maltin imorru l-gwerra.”
Edward Zammit Lewis – Deputat Laburista
F’nifs wieħed, Fenech Adami qal mod u ftit wara spiċċa jikkontradixxi lilu nnifsu.
“Aħna kontra li uliedna jiġġieldu gwerra ta’ ħaddieħor – imma Russja qed thedded li teskala kontra l-Amerka.”
Beppe Fenech Adami – Deputat Nazzjonalista
Zammit Lewis fakkru kif jaħsbuha sħabu stess fil-Partit Nazzjonalista.
“It’s about damn time.”
Roberta Metsola – President tal-Parlament Ewropew
“Min se jġorr ir-responsabilità li l-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet tagħha ġew esklużi mit-taħditiet tal-paċi. L-MEPs tal-PN ivvotaw favur li 0.25% tal-budget imorru għall-armamenti.”
Edward Zammit Lewis – Deputat Laburista
Id-deputat Laburista saħaq li l-Prim Ministru Robert Abela kien konsistenti fil-pożizzjoni tal-Gvern Malti kemm f’Malta u anke fi Brussell, li ssalvagwardja n-newtralità u mhux se jħalli suldati Maltin imorru jiġġieldu gwerer.