“Fantażija”
“Fissazzjoni ta’ moħħok”
B’dawn il-kliem il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista iddeskriva domandi leġittimi dwar l-estensjoni tal-Palazz tiegħu fil-Għargħur.
Talba wara l-oħra biex jippublika l-irċevuti għax-xogħol li sarlu fil-palazz irriżultaw fix-xejn. Palazz li permezz ta’ daqqa ta’ pinna u f’każ ċar ta’ favoritiżmu fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista, minn tliet ikmamar sar palazz.
Għalkemm b’mod xejn edukat, Fenech Adami dejjem żgurana li ħallas kollox. Iżda qatt ma’ ġab prova ta’ dan.
Illum deher aktar urtat mis-soltu għall-fatt li staqsejna din id-domanda, f’isem dawk kollha li jridu jkunu jafu kif aġixxa l-istess Viċi Kap li tant qiegħed jisħaq dwar korrettezza.
Forsi ħaseb li konna nsejna l-każ?
https://www.youtube.com/watch?v=pT7aNtzI81E