Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami sostna li Jason Azzopardi qatt ma telaq minn mal-Partit Nazzjonalista.
Huwa qal dan waqt intervista fuq ir-radju tal-Knisja, is-Sibt filgħodu hekk kif kien qiegħed iwieġeb mistoqsijiet dwar is-sitwazzjoni mwiegħra li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista.
Kien hawn li l-preżentatur tal-programm staqsih fuq nies bħal Jason Azzopardi, magħruf għall-qrubija tiegħu mal-establishment tal-Partit Nazzjonalista iżda li fl-aħħar elezzjoni ġenerali, ma ġiex elett fil-Parlament.
Kien hawn li Beppe Fenech Adami, perċimes ieħor minn tal-establishment fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u li fost bosta issa sar magħruf bħala wieħed minn dawk li jiġbed l-ispag tal-Kap, awgura li Jason Azzopardi jibqa’ jagħti l-kontribut tiegħu fil-Partit Nazzjonalista