Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, ikkonferma fuq il-programm Xarabank li hu bagħat għand il-Financial Intelligence Analysis Unit rapport li sarlu bħala parti mill-inkjesta ta’ tliet Imħallfin fuq il-każ Capital One.
B’hekk Beppe Fenech Adami, li dejjem irreżista li joqgħod għal tax audit, huwa investigat f’każ mill-iktar serju li jinvolvi droga u ħasil ta’ flus. Simon Busuttil fl-ebda ħin ma wera li se jitlob lill-Beppe Fenech Adami li jerfa’ r-responsabbiltà.