Kull min jidħol il-Belt żgur li nnota xi darba lil Benny Grima, li bil-gitarra tiegħu dejjem jipprova jferraħ lil dak li jkun.
L-hena tiegħu jiskopri bniedem minn fejn hu, biex idoqqlu erba strofi bil-lingwa ta’ pajjiżu. Ħafna huma t-turisti li jibqgħu mistgħaġba kif Benny jaf il-lirika ta’ diski tradizzjonali tal-pajjiż partikolari, u ħafna aktar huma l-Maltin li jammiraw il-memorja li għandu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq Instagram, ‘travelingfunmum’ għandha 12,400 persuna ssegwiha. Fi żjara li għamlet f’pajjiżna, laqatha Benny Grima bil-mod simpatiku li bih ikkomunika mat-tifla tagħha.
Għalkemm ġest żgħir, jibqa’ dejjem sabiħ li tara l-ospitalità tal-Maltin apprezzata.