Omar Calleja ta’ wieħed u tletin sena mill-Għargħur jinżamm arrestat wara li ġie mixli mill-Ispettur Stacy Attard fuq serq u attentat ta’ serq aggravat.
Calleja li huwa bennej ġie akkużat li prova jisraq oġġetti minn karozza filwaqt li seraq għodda minn dar fil-Ħamrun.
Quddiem il-Qorti ppresedutha mill-Maġistrat Charmaine Galea l-imputat ċaħad l-akkużi miġjuba kontrieh.
Irriżulta li l-akkużat huwa riċediv u għandu dipendenza fuq id-droga. B’hekk Calleja ma talabx għall-ħelsien mill-arrest iżda l-avukatessa tal-għajnuna legali Charmaine Cherrett talbet li l-akkużat jingħata trattament waqt li qiegħed jinżamm taħt arrest.