Malta Dairy Products ħabbret firxa ta’ prodotti għall-persuni li għandhom intolleranza għal-lactose.
Il-prodotti mingħajr lactose, li se jkunu fis-suq minn għada, ivarjaw minn ħalib frisk Benna u yogurts light b’togħmiet differenti bħall-frawli, vanilla u naturali.
Il-kumpanija Malta Dairy Products introduċiet fis-suq dawn il-prodotti f’għeluq it-tletin sena tagħha. B’hekk mingħajr ebda skumdità persuni b’intolleranza għal-lactose jistgħu jibbenefikaw minn dawn il-prodotti.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes faħħar din l-inizjattiva u tkellem dwar l-importanza li nixtru ħalib ta’ Malta mhux biss għax huwa affordabbli iżda wkoll għax huwa ħalib frisk.