Wara waqfa qasira għas-sajf, is-sewwieqa Maltin reġgħu lura għall-iskeda regolari tagħhom. F’Sarno, l-Italja, is-Sibt, 26 u l-Ħadd, 27, żewġ sewwieqa ta’ CRG Karting Racing, Benjamin Piscopo u Dario Mifsud, qed jipparteċipaw fir-raba’ rawnd tal-Kampjonat Taljan ACI Karting.
5 uffiċjali Maltin, Adrian Figallo u Ruben Hili qed isegwu lid-direttur tat-tiġrija tal-ACI Alessandro Ferrari. Mandy Micallef u Francesca Vella qed isegwu l-amministrazzjoni u l-proċessi kollha tat-tmexxija. Il-Viċi President tal-Malta Motorsport Federation William England jinsab fl-Italja mat-tim ta’ uffiċjali jagħmel reviżjoni sħiħa tal-proċessi biex hekk jiġu aġġornati l-prattiċi lokali f’konformità ma’ dawk ta barra.
Il-ħames uffiċjali se jsegwu mil-viċin lis-sewwieqa żgħażagħ tagħna, Benjamin Piscopo u Dario Mifsud.