Mis-sena d-dieħla, se jkun hemm bidla radikali ta’ kif l-għajnuna tingħata biex il-kera ssir aktar affordabbli.
Il-Ministru Edward Scicluna ħabbar kif dan se jsir billi l-ewwelnett jitneħħa l-means test fuq kemm l-applikant ikollu assi. Minflok se jkun hemm żewġ kriterji għall-eliġibilità. L-ewwel wieħed huwa d-dħul gross tal-familja li jinkludi l-pagi u l-imgħaxijiet u li ma jaqbżux il-benchmark stabbilit.
It-tieni kriterju hu li l-kirja eżistenti teċċedi l-benchmark għal dik il-familja. L-applikant ikun eliġibbli jekk jikkwalifika miż-żewġ kriterji.
Spjega kif l-għajnuna tvarja minn massimu ta ’ €3,000 għal €5,000 fis-sena skont iċ-ċirkostanzi tal-familja.
Aktar dettalji jingħataw meta tiġi introdotta l-iskema. Qal li l-Gvern qed jistma li għas-sena d-dieħla l-għajnuna mitluba tlaħħaq għal ħames miljun ewro.