Tul din l-aħħar sena, sar xogħol fuq qafas regolatorju biex jiddaħħlu numru ta’ benefiċċji li għandhom jingħataw lil kull membru tal-forzi tas-sigurtà li jaħdmu mal-Gvern.
Dawn il-benefiċċji se jingħataw f’każ ta’ inċident fatali jew diżabilità permanenti u li jwassal għal individwu li ma jkunx jista’ jaħdem iżjed.
Il-Ministru Edward Scicluna ħabbar kif fi żmien qasir, se jkunu qed jingħataw aktar dettalji ta’ dawn il-benefiċċji u kif se jkun qed jiġi introdott dan il-benefiċċju lill-impjegati kkonċernati wara li jsiru l-aħħar konsultazzjonijiet.