Ben Laferla huwa ż-żagħżugħ ta’ 21 sena min-Naxxar li miet wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fis-Swieqi fl-24 ta’ Settembru.
Il-każ seħħ matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq il-Madliena.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-inċident seħħ meta tfajla ta’ 17-il sena li kienet qed issuq il-karozza li fiha kien hemm iż-żagħżugħ, tilfet il-kontroll u ħabtet ġo ħajt.
Flimkien magħha kien hemm iż-żagħżugħ, li mill-ewwel deher li weġġa’ serjament, Żvizzeru ta’ 20 sena mis-Swieqi u tfajla miċ-Ċilì ta’ 19-il sena minn San Ġiljan.
It-tfajla miċ-Ċilì weġġgħet gravi u t-tnejn l-oħra ġarrbu ġrieħi ħfief.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali.