Illum kien imiss Ben Camille u dik li issa hi martu Kristina biex jingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ u għal din l-okkażjoni għażlu mezz tat-trasport mhux tas-soltu, dak ta’ tal-linja.
Il-miżżewġin il-ġodda vvjaġġaw mill-Knisja tal-Balluta f’San Ġiljan fejn għamlu waqfa biex jieħdu ritratt max-xatt u wara komplew bil-vjaġġ għas-sala tat-tieġ.
Tal-linja li għażlu għal dan il-jum tant speċjali nbniet f’Malta fis-sena 1967 u meta ħarġet l-ewwel darba kienet fuq ir-rotta ta’ Kalafrana.
Il-koppja Camille twasslu fid-destinazzjoni tagħhom bis-saħħa ta’ tal-linja, bix-xufier ikun sidha stess.