Sharp Shoot Media ħabbret li l-attur Benjamin Camilleri – jew aħjar Ben Camille – se jkun qed ipoġġi l-ħajja familjari tiegħu għall-ispezzjoni tal-pubbliku, permezz ta’ programm televiżiv. Ir-reality show se tkun qed tiffoka fuq il-“faxxinu tal-ħajja personali tiegħu” u se tkun qed turi kemm is-suċċess kif ukoll il-problemi li jaffaċja ta’ kuljum.
Ma tonqosx id-drama familjara. Fil-programm se jkunu qed jidhru Ben Camille li għandu 29 sena magħruf għall-programm Strada Stretta flimkien ma’ martu Kristina u l-ġenituri tagħha, flimkien ma’ Carina, omm Camille, li tmexxi aġenzija tal-moda, u missieru Pierre, parrukier famuż!