It-toroq ta’ Triq ir-Reppublika fil-Belt Valletta diġa’ jinsabu mdawwla hekk kif qed joqorbu aktar il-jiem tal-Milied.
Dwal li mhux biss iqanqlu aktar spirtu ta’ festi iżda jgħinu wkoll lill-komunità kummerċjali fil-Belt Valletta. Il-Ministeru tal-Finanzi ta donazzjoni ta’ € 20,000 lir-Republic Street Community Association biex dan kien possibli. Dettalji dwar dan tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet li ntemmet ftit tal minuti ilu.