Sitt persuni nqatlu u tmienja oħra ndarbu hekk kif kmieni dalgħodu, ħames missilli laqtu l-belt Lviv fil-Punent tal-Ukrajna viċin il-fruntiera mal-Polonja. Ħabbar dan il-gvernatur tal-belt li wissa biex in-nies isibu refuġju ġox-xelters.
Fil-fatt, ftit qabel ma seħħ l-attakk, instemgħu s-sireni, li daqqew ukoll fil-kapitali Kyiv u numru ta’ postijiet oħra madwar l-Ukrajna.
Sitwazzjoni deskritta li nbidlet minn lejl għal nhar, hekk kif sa ftit tas-sigħat ilu n-nies f’Lviv kienu għaddejjin b’rutina ‘normali’ hekk kif jinsabu mijiet ta’ mili ‘l bogħod minn qalb it-taqbida.