Minn tal-inqas 40 persuna nqatlu fl-aħħar sigħat hekk kif ġlied kbir bħalissa qed jiddomina l-belt maġġuri Lashkar Gah fil-provinċja ta’ Helmand fl-Afganistan.
Qed jiġi rrapportat li t-Talibani diġà ħatfu parti kbira mill-belt.
Jekk Helmand taqa’ kompletament f’idejn it-Talibani, din tkun daqqa’ ta’ ħarta għall-gvern Afgan, u theddida fuq is-sigurtà fil-pajjiż.