Fil-Belġju, raġel ġie arrestat wara li bil-vann li kien qiegħed isuq daħal ġo parapett ta’ kafetterija, fiċ-ċentru tal-kapitali, Brussell.
Kawża ta’ dan l-inċident, sitt persuni weġġgħu ħafif.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-pulizija tal-lokal qalet li l-mottiv wara dan l-inċident għadu mhux magħruf.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Pulizija Belġjana qalet li għaddejjin l-investigazzjonijiet sabiex ikunu magħrufa l-fatti dwar dan l-inċident.