Rapporti fuq mezzi tax-xandir Ingliżi qed jgħidu li fil-belt Marokkina Oued Zem, madwar 3,000 persuna taqla’ l-għixien tagħha permezz tas-sess u t-teknoloġija.
Grupp imdaqqas ħafna ta’ nisa jirnexxilhom jattiraw irġiel online, iġiegħluhom jagħmlu atti sesswali online, u wara jheddu li għandhom il-filmati. B’hekk ikunu jistgħu jitolbu l-flus biex dawn il-filmati ma jkunux ippubblikati. Il-mezzi tax-xandir Ingliżi qed isegwu l-istorja b’interess partikolari għax ħafna mill-vittmi huma rġiel Ingliżi. Dawn qed ikunu mhedda li filmati u ritratti se jispiċċaw għand ħbieb u membri tal-familja.
L-imħuħ wara dan it-theddid mhux dejjem ikunu nisa. Anzi, f’każ partikolari, raġel ammetta li kien juża r-ritratti tal-porn star mil-Kolomnja Dayana Perez Sosa (li tidher fir-ritratti), sintendi mingħajr ma taf. It-talba għal flus biex il-filmati tal-vittmi ma joħorpux titla sa’ 10,000 dirham, jew inkella madwar €920.
Riċentement fil-Marokk, aktar minn 350 persuna nżammet taħt arrest, iżda hu mifhum li hemm l-eluf involuti, f’belt waħda biss li għandha popolazzjoni ta’ 90,000.