Ninsabu fi stadju importanti fl-istorja ta’ pajjiżna li fih jew nissoktaw fit-triq ta’ suċċess li qbadna jew inreġġgħu l-arloġġ lura.
Dan wissieh id-Deputat Prim Ministru Louis Grech waqt intervista fuq One Radio ftit jiem wara li ħabbar li minħabba raġunijiet personali mhuwiex se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali.
Grech fisser li Gvern Laburista mhux biss kien ta’ suċċess fl-oqsma prinċipali fl-aħħar erba’ snin imma ħa ħsieb il-minoranzi, biex b’hekk kull parti tas-soċjeta imxiet ‘il quddiem.