Illejla se tinfetaħ il-fiera I Choose, li se tagħti gwida lill-istudenti li għadhom kif temmew l-edukazzjoni Sekondarja u issa qed jagħmlu fost l-aktar deċiżjonijiet kruċjali fil-ħajja tagħhom.
Diversi istituzzjonijiet edukattivi post-sekondarja, kemm tal-Gvern kif ukoll privati, se jkunu rappreżentati tul il-fiera u se jkun hemm rappreżentanti minn kull istituzzjoni biex jagħti l-informazzjoni li l-istudenti jkollhom bżonn.
I Choose se tiftaħ il-Ġimgha, 31 ta’ Lulju bejn l-4:00pm u t-8:00pm, u se tiġi fi tmiemha l-għada, fl-1 ta’ Awwissu.
Il-fiera tnediet mill-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici, is-Segretarju Permanenti għall-Edukazzjoni Frank Fabri, u d-Direttur għas-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-iskejjel Josanne Ghirxi