Fra’ Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto ġie elett bħala l-Gran Mastru l-ġdid għall-Ordni ta’ Malta fejn se jkun qed iservi għal għomru. Dan wara li tħalla jmexxi bħala Logutenent tal-Gran Mastru għal sena.
Id-deċiżjoni kellha tittieħed bejn illum u għada fejn kellu jiġi deċiż minn se jiġi elett Gran Mastru ġdid jew Logutenent tal-Gran Mastru għall-Ordni ta’ Malta.
Hu se jkun it-80 Gran Mastru.
Il-Kunsill hu mqabbad jeleġġi Gran Mastru li jservi għal għomru jew Logutenent tal-Gran Mastru li jservi għal sena.
L-elezzjoni saret fil-Magistral Villa f’Ruma, li hi binja instituzzjonali tal-Ordni Sovrena ta’ Malta.
Lura fid-29 ta’ April tal-2017, Fra’ Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto ġie elett bħala Logutenent tal-Gran Mastru. Hu kellu l-istess seta’ ta’ Gran Mastru, fejn serva għal sena.