Il-Primary HealthCare tixtieq tgħarraf lill-pubbliku inġenerali li minħabba xogħlijiet ta’ manutenzjoni skedati li ser isiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid, is-servizzi minn dan iċ-ċentru ser jiġu sospiżi minn nofsinhar tal-Ġimgħa 24 ta’ April, sas-7.00 ta’ filgħodu tat-Tnejn 27 ta’ April 2020. Matul dan il-perjodu, iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla se jkun qed jiftaħ fuq bażi ta’ 24/7.
Għal matul dan il-perjodu qasir dawk il-pazjenti li ġeneralment imorru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal
Ġdid huma ġentilment mitluba sabiex imorru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla biex jinqdew minn
dawn is-servizzi kif ġej:
▪ Servizz tat-Tabib
▪ Servizz ta’ Trattment Mediku, inkluż is-Servizz tal-Kura tal-Feriti
▪ Servizz tat-Teħid tad-Demm – każijiet urġenti biss
▪ Servizz tal-Podjatrija – każijiet urġenti biss
▪ Servizz tal-Fiżjoterapija – każijiet urġenti biss
Dawk il-pazjenti li għandhom appuntament għat-Teħid tad-Demm u / jew għall-Klinika tal-Kura talFeriti se jiġu kkuntattjati individwalmanet mill-Primary HealthCare sabiex jintalbu jagħżlu bejn li
jitrasferixxu l-appuntament tagħhom għal data oħra aktar tard jew biex jattendu ċ-Ċentru tas-Saħħa
ta’ Bormla.
Għal aktar informazzjoni ċemplilna fuq 21 222 444 jew 21 231 231.