Mark-Anthony Borg ta’ sebgħa u erbgħin sena, ingħata sentenza sospiża wara li tressaq il-Qorti mixli li seraq laħam minn imħażen ta’ kumpanija fejn kien jaħdem b’valur ta’ tletin elf ewro.
Il-bejjiegħ tal-laħam instab ħati li seraq diversi prodotti mill-kumpanija In-House Butcher fit-22 ta’ Mejju tal-2012 u fix-xhur ta’ qabel.
Huwa kien ilu jaħdem mal-kumpanija minn Ġunju tal-2009 u tkeċċa fl-istess xahar li nstab li kien qed jisraq.
Il-Maġistrat Josette Demicoli semgħet kif l-akkużat ħallas lis-sid tal-ħanut is-somma ta’ elfejn u tliet mitt ewro u kkundannatu tmintax-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin.