Avveniment annwali għal familja kollha li ħafna ikunu qed jistennewha hija l-open day tal-Malta Hospice Movemnet f’Ħal Balzan. Hawn wieħed jista’ jara bejgħ ta’ pjanti u ħelu, logħob għat-tfal, lotteriji, u ħafna attivitajiet oħra.
F’dawn l-aħħar 27 sena il-Hospice offriet għajnuna paljattiva għal dawk morda bil kanċer jew b’motor neuro disease, u issa anke mard kroniku tal-kliwi u pulmun.
Il-kordinattriċi Annabelle Spiteri spjegat li l-Hospice tagħmel ħafna ġid fis-skiet grazzi għal volontiera li jagħtu ħinhom biex l-għaqda tkompli twettaq ħidmietha.
https://www.youtube.com/watch?v=LtjCATRSnNA
Il-Fondi li nġabru mill-open day tal-lum ser jgħinu biex din l-istess ħidma tkompli ssir b’mod regolari u effettiv.