Beijing ħeġġet lill-Istati Uniti biex twaqqaf is-sanzjonijiet il-ġodda kontra kumpaniji Ċiniżi u individwi.
Dan filwaqt li qalet li r-restrizzjonijiet ma jikkontribwixxux biex titnaqqas il-forza Koreana.
Is-sanzjonijiet kienu imposti nhar it-Tlieta minn uffiċjal tal-Istati Uniti u jaffetwaw sittax-il individwu Ċiniż u Russu u kumpaniji fuq allegat sapport lejn ir-reġim tal-Korea ta’ Fuq.
Dan fl-istess waqt li assistew lil Pyongyang fil-programmi nukleari u tal-missili ballistiċi bi ksur għar-riżoluzzjonijiet tal-kunsill tas-sigurta’ tan-Nazzjonijiet Magħquda.