Id-Deputat Laburista Glen Bedingfield qal li se jitlob lill-bord ta’ inkejsta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia biex jitla jixhed dwar l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront tiegħu.
F’messaġġ fuq Facebook, Bedingield innota x-xhieda ta’ wħud mill-membri tal-familja ta’ ta’ Daphne Caruana Galizia fl-inkjesta pubblika li ghaddejja dwar l-assassinju taghha.
Ħabbar li wara li ħa parir legali, se jitlob lil bord li qed jinvestiga biex jitla’ jixhed u juri kif l-allegazzjonijiet li qed jagħmlu fil-konfront tiegħu huma ’l boghod mill-verità. Din it-talba qal li se jagħmilha minn jeddu.