Din il-ġimgħa beda x-xogħol preparatorju fi proġett li se jkun qed jara madwar 65 appartament ġdid residenzjali flimkien ma’ 18-il apparament ‘one bedroom’ bħala proġett ta’ sheltered housing għall-anzjani.
Dan tħabbar fi żjara li saret mis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes fis-sit fis-Siġġiewi fejn b’kollox se jkunu qed isiru madwar 84 appartament bħala parti minn dan il-proġett li apparti appartamenti se jkun qed jinkludi 105 spazju ta’ parkeġġ u faċilitajiet ta’ childcare.
Fid-diskors tiegħu Galdes sostna li saru bosta konsultazzjonijiet mal-istakeholders relevanti, fosthom il-Kunsill Lokali. Fejn il-kritika kostruttiva ġiet milquha u b’hekk setgħu jsiru l-emendi neċessarju; fosthom li ma jsirx sular ieħor avolja dan kien permess bil-liġi.
Dan hu proġett li ilu fuq il-karta mis-sena 2006, fejn sar aassessjar intensiv kemm ambjentali u kif ukoll dak li għandu x’jaqsam mal-ippjanar.