It-triq ta’ Sannat hija triq li għal snin twal waslet għal ilmenti, artikli f’ġurnali u dikjarazzjonijiet minn politiċi. Iżda, b’dan kollu għaddej ir-residenti jgħaddu minn waħda mill-agħar toroq f’Għawdex kienu u hekk għadhom sal-lum.
It-tama li s-sitwazzjoni tinbidel għall-aħjar fi żmien mhux imbiegħed tidher li se ssir realtà wara li fl-aħħar jiem beda x-xogħol fuq din it-triq.
Xi ħaġa li waslet biex fuq il-facebook tal-Ministru għal Għawdex kienu bosta dawk li kitbu kif sa fl-aħħar se jkunu jistgħu jibdew jgħaddu minn triq diċenti biex jaslu għar-raħal fejn jgħixu. Din it-triq hija parti minn programm kbir ta’ toroq ġodda f’Għawdex b’investiment ta’ miljuni ta’ ewro.