Fid-dsatax t’Ottubru li għadda, it-trattament Pembrolizumab li jintuża għall-kura tal-kanċer tas-sider, ġie ċċertifikat mill-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini.
Fi stqarrija ġie spjegat li b’mod immedjat, il-Ministeru tas-Saħħa beda l-proċess biex ikun jista’ jinkludi dan it-trattament ukoll.
L-istqarrija fakkret kif matul din il-leġiżlatura, bdew jiddaħħlu aktar mediċini ġodda tal-ogħla livell fuq il-formularju tal-Gvern.
Fil-fatt, sa issa diġà ddaħħlu madwar sbatax-il mediċina li qed jibbenefikaw minnhom mal-ħames mitt pazjent fis-sena.